Skip to main content

Joint Press Statement 23.05.25 [MT version and pictures below]

Ten organisations are seeking the public’s support to appeal against the shameful approval of PA/04777/20, which involves the development of a 140-bed luxury hotel, 16 villas, and 44 swimming pools on Comino.

We believe that we have a strong legal basis to challenge the Planning Authority’s decision, but we need the public’s help to raise the €20,000 required to pursue this legal battle.

The people can contribute to the expenses needed for the appeal by:

Filling in this online form: https://whydonate.com/en/fundraising/together-for-comino

Or via a bank transfer to this account:

BOV

Name: Moviment Graffitti

IBAN: MT27VALL22013000000011799516027

Despite receiving 13,472 objections, the Planning Authority ignored the clear public outcry and the protection Comino should enjoy as a nature reserve.

If this decision is not overturned, Comino as we know it will be lost forever. One of Malta’s last relatively untouched natural sanctuaries risks being transformed into yet another privately developed, urbanised zone – causing irreversible environmental damage.

We are determined to do our utmost to protect Comino for future generations.

Organisations

1.     Azzjoni: Tuna Artna Lura

2.     BirdLife Malta

3.     Din l-Art Ħelwa

4.     Friends of the Earth Malta

5.     Għawdix

6.     Moviment Graffitti

7.     Nature Trust – FEE Malta

8.     Ramblers Association

9.     The Archaeological Society Malta

10.  Wirt Għawdex

Stqarrija Konġunta għall-Istampa 23.05.25

Flimkien għall-Kemmuna – Meħtieġa l-għajnuna tal-pubbliku sabiex nappellaw il-permess għal lukanda u vilel f’riżerva naturali

Għaxar għaqdiet qegħdin jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jappellaw kontra l-approvazzjoni moqżieża tal-applikazzjoni PA/04777/20, li tinkludi l-iżvilupp ta’ lukanda ta’ 140 sodda, 16-il villa, u 44 pixxina f’Kemmuna.

Nemmnu li għandna bażi legali b’saħħitha biex nopponu d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, iżda għandna bżonn l-għajnuna tan-nies sabiex niġbru l-€20,000 meħtieġa ħalli nkomplu din il-ġlieda legali.

Il-pubbliku jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tieghu għall-ispejjeż tal-appell billi:

Jimla’ din il-formola online: https://whydonate.com/en/fundraising/together-for-comino

Jew permezz ta’ trasferiment bankarju fuq dan il-kont:

BOV

Name: Moviment Graffitti

IBAN: MT27VALL22013000000011799516027

Minkejja t-13,472 oġġezzjoni li rċeviet, l-Awtorità tal-Ippjanar injorat l-għajta ċara tal-poplu u l-protezzjoni li Kemmuna għandha tgawdi bħala riżerva naturali.

Jekk din id-deċiżjoni ma tiġix irrevokata, il-Kemmuna li nafu aħna se tintilef darba għal dejjem. Wieħed mill-aħħar santwarji naturali ta’ Malta jinsab f’riskju li jiġi żviluppat privatament f’żona urbanizzata oħra – bi ħsara ambjentali irriversibbli kawża ta’ dan. 

Aħna determinati li nagħmlu ħilitna kollha sabiex nipproteġu lil Kemmuna għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Għaqdiet

1.     Azzjoni: Tuna Artna Lura

2.     BirdLife Malta

3.     Din l-Art Ħelwa

4.     Friends of the Earth Malta

5.     Għawdix

6.     Moviment Graffitti

7.     Nature Trust – FEE Malta

8.     Ramblers Association

9.     The Archaeological Society Malta

10.  Wirt Għawdex